Filmati u ritratti: Protesta fil-Belt; sejħa għar-riżenji

Fil-Belt Valletta llejla saret protesta msejħa mis-soċjetà ċivili li qed titlob għar-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat, taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi.

Din hi t-tieni protesta f’temp ta’ tlett ijiem. Nhar l-Erbgħa li għadda, il-protesta li bdiet minn Kastilja għal quddiem il-Parlament spiċċat b’inċident li kkawża ġrieħi ħfief lil żewġ uffiċjali tal-Pulizija.

Fil-kummenti lill-ġurnalisti Bonnici spjega li wara li l-karozza marret viċin il-bini tal-Parlament għalih u xi attivisti ddeċidew li jiċċirkondawlu l-karozza.

Owen Bonnici jispjega kif spiċċaw qalb il-folla

Fl-indirizz tiegħu lill-attivisti llejla l-ġurnalista u blogger Manuel Delia qal li meta xi ħadd jikser il-liġi hemm l-istituzzjonijiet biex jieħdu azzjoni. Żied li s-soċjetà tista’ sserraħ rasha li qed issaltan is-saltna tad-dritt meta dawn l-istituzzjonijiet jaħdmu.