Filmati u ritratti: Inħawi mgħerrqa; oħrajn imxarrbin

Hekk kif il-maltemp beda riesaq lejn il-gżejjer Maltin, diversi lokalitajiet viċin il-baħar fosthom Wied il-Għajn, Birżebbuġa u San Pawl il-Baħar spiċċaw mgħerrqa. Dan għaliex għola il-livell tal-baħar fit-triq. L-ilma fit-triq laħaq it-30 ċentimetru.

Fuq il-midja soċjali diversi persuni kif ukoll paġni tellgħu filmati u ritratti tax-xita f’inħawi differenti ta’ Malta u kkumentaw fuq dawk li kienu qed jesperjenzaw.

Skont il-paġna ta’ Facebook Malta Weather matul l-24 siegħa li ġejjin it-temperatura fil-Gżejjer Maltin mistennija tonqos u tinħas daqs 9°C filwaqt li l-ogħla tempereatura mistennija titla’ għal 15°C.

Filmat: Jonathan Gonzales

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta llum u għada mistenni jkun ir-riħ b’ħalbiet tax-xita bir-ragħad. Għada r-riħ mistenni jilħaq forza 8. L-Erbgħa t-temp mistenni jkun ir-riħ b’ħalbiet tax-xita filwaqt li l-Ħamis ir-riħ mistenni jonqos għal forz 5 madankollu jidher li x-xita se tibqa’ tippersisti. Il-Ġimgħa mistenni jkun ftit imsaħħab, bis-Sibt u l-Ħadd mistenni jkun il-biċċa l-kbira xemxi.

Filmat: Malta Islands Weather