Filmati: Tisplodi bomba f’Londra

Kaos kienet ir-reazzjoni ta’ diversi residenti f’Londra li deheru jibku qalb it-tifrik tal-ħġieġ tar-residenzi tagħhom, filwaqt li wħud mill-karozzi tat-triq ġarrbu ħsarat estensivi wara li splodiet bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Xi wħud ħasbu li kien seħħ xi attakk terroristiku, madanakollu jidher li din kienet splużjoni kontrollata mill-Armata wara li nstabet bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-akwati. L-esperti tal-Armata marru immedjatament fuq il-post wara li daħal rapport li kienet instabet bomba Ġermaniża f’Kingston, fix-Xlokk ta’ Londra nhar il-Ħamis.

 

Ir-reazzjoni tar-residenti fl-akwati ta’ fejn instabet il-bomba baqgħu xxukjati b’dak li seħħ hekk kif ġeneralment meta tinstab bomba ta’ dan it-tip tittieħed b’mod sigur f’post iżolat biex tkun sploduta b’mod sigur bogħod min-nies.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-ħsara kienet kontrollata b’tali mod li ħalliet impatt b’raġġ ta’ 45 metru u li l-isplużjoni kontrollata ttieħdet b’serjetà kbira mill-armata.