Filmati: Ta’ X Factor jidħlu fl-atmosfera tal-Milied f’The Point

Uħud mill-parteċipanti tal-programm X Factor il-Ħadd wara nofsinhar taw sorpriża lil dawk kollha li marru jagħmlu x-xiri tal-Milied tagħhom minn dan il-kumpless hekk kif taw wirja fejn kantaw għanjiet tal-Milied.

Kienet opportunità sabiħa għal dawn il-parteċipanti biex iqajmu l-atmosfera f’dan il-post u fl-istess waqt kien ċans mill-isbaħ għas-segwaċi tal-programm biex jiltaqgħu ma’ dawn il-paretċipanti, ikellmuhom u anki jieħdu xi ritratti magħhom.

L-atmosfera mill-istabbiliment ta’ The Point ħa xejra differenti waqt li ħafna kienu dawk li ħadu vantaġġ mill-fatt li matul dan ix-xahar ħafna mill-ħwienet f’The Point qed ikunu miftuħa u b’hekk setgħu jagħmlu l-qadi tagħhom għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.

F’dan l-istabbiliment hemm bosta inizjattivi interessanti fosthom qed jingħata teddy bear b’xejn ma’ kull €100 li jintefqu fl-istess jum. Għalhekk tajjeb li żżomm l-irċevuti tiegħek meta tkun qed tagħmel ix-xiri tiegħek.

Father Christmas ukoll qed ikun preżenti f’dan l-istabbiliment sabiex it-tfal ikunu jistgħu jieħdu ritratt miegħu. Dan jsita’ jsir mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-3pm u s-7pm, is-Sibt u l-Ħadd bejn il-11am u 7pm kif ukoll bejn id-19 u s-26 ta’ Diċembru wkoll bejn il-11am u 7pm.

Aktar tagħrif issibuh fis-sit www.thepoint.com

U jekk ilbieraħ ma kontux f’The Point hawn issibu siltiet mill-filmati biex taraw xi tliftu.

Il-programm X Factor ikompli jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fuq TVM fil-ħin tad-8.50pm. Bħalissa tinsab għaddejja l-fażi taċ-Chair Vhalllenge u nhar il-Ħadd li ġej imiss li naraw il-fażi tal-“Overs” li hija l-kategorija ta’ Alexandra Alden.

Wara tkun qed tibda’ l-fażi tal-Judges Houses u s-sena tibda jibdew ukoll il-live shows.