Filmati: Rajthom l-ilwien fl-Għarb illum?

MGOZ: Terry Camilleri

Min kien fl-Għarb illum ra ħafna lwien u ħajja fis-smewwiet, għaliex numru ta’ nies inġabru biex ifakkru tradizzjoni li kważi ntesiet fil-Gżejjer Maltin, it-tajra.

Bħala parti mill-Kite & Wind Festival f’Għawdex dan il-wikend, ittajjar numru sabiħ ta’ tajriet ta’ kull daqs u għamla, li baqa’ jittajjar ukoll meta dalam. F’dan il-Festival ipparteċipaw 15-il delegazzjoni minn pajjiżi u reġjuni differenti li żaru Għawdex apposta għalih.

Fi stqarrija li ħabbret dan il-Festival xi jiem ilu, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Ministeru hu impenjat li jkompli jinvesti f’attivitajiet kulturali biex il-gżira Għawdxija tkun destinazzjoni distinta matul is-sena kollha. Caruana qalet li tixtieq tara din it-tradizzjoni terġa’ tqum fl-ispirtu tagħha fost iċ-ċkejknin.

Happening now in San Dimitri Gharb Gozo. Kite & Wind International festival 2018

Posted by David Apap Agius on Saturday, October 20, 2018

Kite by night – Gharb Gozo

Posted by David Apap Agius on Saturday, October 20, 2018