Segwi Live l-ewwel programm speċjali tal-Eurovision

Read in English.

Proprju llum kellu jibda l-Eurovision Song Contest bl-ewwel serata mill-65 edizzjoni iżda minħabba fikl-pandemija tal-Covid-19 l-avveniment ta’ din is-sena tħassar. Madanakollu mhux kollu huwa mitluf għax nhar is-Sibt li ġej, il-European Broadcasting Union se tkun qed tippreżenta spettaklu tal-Eurovision li se jkun qed jixxandar b’mod dirett fil-pajjiżi parteċipanti kif ukoll fuq il-YouTube Channel tal-Eurovision Song Contest.

Iżda dan mhux kollox gaħx illejla se jkun hemm xalata għall-fans tal-Eurovision permezz ta’ programm speċjali li Dorian Cassar u Amber Bondin se jkunu qed iwasslu fuq TVM mill-ħin tad-9. Dan se jkun l-ewwel minn żewġ programmi speċjali peress li anki l-Ħamis se jkun qed jitwassal programm ieħor.

Se tkun qed tingħata ħarsa lura lejn l-istorja ta’ Malta fil-Eurovision u t-telepsettaturi se jkollhom ukoll l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar liema kienu l-kanzunetti favoriti tagħhom minn pajjiżna matul is-snin.

Fil-programm tal-lejla fuq TVM se nkunu qed naraw x’messaġġ se tkun qed twassal Destiny li rebħet it-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta u kellha tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision bil-kanzunetta All of My Love.

Però dan mhux kollox għax ukoll illum it-Tlieta, fuq il-YouTube Channel tal-Eurovision se jkun ukoll qed jitwassal programm speċjali bl-isem ta’ Eurovision Song Contest Celebration.

Se jkunu qed jitwasslu bosta kurżitajiet u kollegamenti mal-kantanti li kellhom jieħdu sehem fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li kellha tittella’ f’Rotterdam.

Is-Sibt imbagħad dejjem fl-istess ħin, il-prgramm Eurovision: Europe Shine A Light b’aktar spettaklu minn madwar il-pajjiżi parteċipanti, bis-sehem ta’ wħud mill-artisti leġġendarji li taw is-sehem atgħhom f’din il-mainfestazzjoni mużikali matul is-snin li għaddew.