Filmati: L-Isqof Cefai jservi ta’ abbati

L-Isqof ta’ Huancanè, Patri Giovanni Cefai mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) għamilha wkoll ta’ abbati waqt ċerimonja fil-lokalità.

L-MSSP spjegat li din l-esperjenza qanqlitlu l-memorji ta’ meta hu stess kien abbati fil-Parroċċa taż-Żebbuġ Għawdex.

SimpleHow do you warm up a house which has not been used for 10 years? Simple. Put 25 people in together, some bread…

Posted by MSSP | Missionary Society of St Paul on Saturday, June 29, 2019

Aqra: L-Isqof Grech b’messaġġ lil Patri Cefai fl-Ordinazzjoni Episkopali

Intant ilbieraħ saret l-inawgurazzjoni tal-Episkopat li ġiet trażmessa fuq Facebook. Din kienet immexxija minn Fr Victor Zammit fil-parroċċa ta’ Huancanè. Qassis Irlandiż li qed iservi wkoll fl-istess parroċċa u li għamel l-omelija taċ-ċerimonja tkellem dwar il-bżonn li tintwera mħabba lit-tfal li rarissimu jaraw imħabba fil-familji tagħhom.

Live transmission from the Cathedral of the Prelature of Huancane, on the occasion of the installation of his excellency Bishop Giovanni Cefai MSSP.

Posted by MSSP | Missionary Society of St Paul on Sunday, June 30, 2019

Patri Giovanni Cefai inħatar bħala l-ewwel Isqof tal-Prelatura Territorjali l-Ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù fit-22 ta’ Ġunju. L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech kien bagħatlu messaġġ li nqara waqt l-ewwel quddiesa ta’ Cefai bħala Isqof, l-għada tal-Konsagrazzjoni Episkopali. Hu semma kif l-isfidi li għandu l-Isqof Cefai huma kbar iżda assigurah li mill-esperjenza tiegħu Alla se jagħtih il-’grazzja tal-istat‘ ġdid li għandu.