Filmati: L-aktar 6 punti importanti mill-intervista ma’ Adrian Delia

Meta se jiltaqa’ l-Grupp Parlamentari?

Delia kien evażiv għall-aħħar meta kien se jiltaqa’ l-Grupp Parlamentari għalkemm sostna li dan baqa’ jiltaqa’ anke fil-jiem tal-Milied.

Dwar droga u mażunerija

Delia kien kategoriku fiċ-ċaħda tiegħu li qatt ħa droga u li l-mażuni m’għandhomx post fil-partit

Ħasil ta’ flus u vjolenza domestika

Min jinstab ħati ta’ dawn ir-reati ma għandux post fil-politika, sostna Delia

Qasma fil-partit – tista’ titranġa

Mistoqsi dwar il-qasma fil-partit, Delia wera l-fehma li din mhix irrimedjabbli u li hemm min għandu interess li joffri reżistenza għall-bidla.

Maħbub mil-Laburisti?

Delia wera ruħu sorpriz meta staqsejnieh jinkwetax li għandu l-appoġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat u li xi Laburisti jappoġġjawh.

Il-kelma bil-P dwar Puli

Delia afferma l-apprezzament tiegħu għall-ħidma tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli wara li kien qed idur filmat fil-midja soċjali fejn hu jinstema’ juża kliem dispreġġjattiv fil-konfront ta’ Puli.