Posted by Joseph Scicluna Pesu on Thursday, January 14, 2021
Raġel tella’ filmat fuq Facebook li juri kif ġew misruqa 11-il siġra taż-żebbuġ mill-għelieqi tiegħu fl-Aħrax tal-Mellieħa. Dawn is-siġar tħawlu miż-żewġt itfal tiegħu li waqt dan iż-żmien ta’ sfida iddeċidew li jibqgħu pożittivi u jiżirgħu dawn is-siġar.
Il-ħallelin kisru wkoll il-cameras li kien hemm fiż-żona u n-niċċa tal-Madonna. Huwa spjega li dawn l-għelieqi għandu dritt jaħdimhom u kulħadd jista’ jidħol fihom. Madankollu spjega li hemm xi persuni li qegħdin jidħlu u jaqilgħu s-siġar.
Ir-raġel tella’ filmat jispejga li Infrastructure Malta se tkun qiegħda tagħti l-11-il siġra li nsterqu lill-familja tiegħu biex jerġgħu jitħawlu.
Ir-raġel irringrazzja lil dawk kollha li xtaqu jgħinu lilu u liż-żewġ uliedu li żergħu dawn is-siġar biex jitgawdew minn kulħadd.
Il-bidwi spjega li dan ir-raba’ huwa rreġistrat fuqu u hu għandu dritt li jaħdimhom madankollu saħaq li qatt ma għalaq l-aċċess biex il-pubbliku jgħaddi minn hemm. Il-bidwi kompla li l-injama li għamel saret biex in-nies ma jidħlux bil-karozzi iżda ħalla l-passaġġi minn fejn jgħaddu.
Il-kunsillier Gabriel Micallef ikkundanna dak li ġara u qal li l-Għaqda Siġar Maltin lesta li tagħti s-siġar li nsterqu lil dawn iż-żewġt itfal.
Jiddispjaċini meta nara sforzi li jsiru b’att ġenwin u biex isir id-differenza jiġu trattati b’disprezz u egoiżmu….
Posted by Gabriel Micallef on Thursday, 14 January 2021