Filmati: Ċelebrazzjonijiet; Ħamrun iżommu l-Belt draw

Aktar kmieni llum iltaqgħu r-rivali Belt u Ħamrun għal waħda mill-partiti l-aktar importanti għaż-żewġ naħat. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 1-1, b’Mario Fontanella jiskorja l-gowl għall-Belt fl-ewwel nofsigħa u b’Donnell Moukanza jiskorja fl-aħħar minuti tal-partita għall-Ħamrun.

Filwaqt li l-Belt riedu jirbħu l-logħba biex jaċċertaw li jirbħu l-league, Ħamrun riedu jirbħu l-logħba biex ikollhom ċans jikklassifikaw fir-raba’ post u b’hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-FA Trophy. Min-naħa l-oħra, Ħibs li kienu biss żewġ punti taħt Valletta għelbu lil Balzan biex b’hekk kollox se jkun deċiż permezz ta’ decider.