Filmati: BirdLife teħles Kwakka u Bagħdan Aħmar wara żmien ta’ rijabilitazzjoni

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=lPWtPnWLFy0]

Fl-aħħar jiem BirdLife Malta kkurat u reġgħet ħelset Bagħdan Aħmar u Kwakka li kienu nstabu feruti fix-xhur li għaddew.
Il-Bagħdan Aħmar kien l-ewwel vittma tal-aħħar staġun tal-kaċċa u kien instab ferut f’Selmun fit-tieni jum tal-istaġun, fis-26 ta’ Marzu li għadda.
Dan instab li kellu feriti kkawżati minn tiri fuq il-ġwienaħ iżda mar tajjeb bil-kura u nħeles il-bieraħ fuq Kemmuna.
Il-kwakka kienet instabet fuq feruta fuq bejt ta’ lukanda fil-Mellieħa. Għalkemm ma ntlaqtet minn l-ebda tir, veterinarju kien sabha għajjiena ħafna.
Maż-żmien irkuprat u nħelset fir-Riserva Naturali tas-Simar fix-Xemxija.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=i00wXkAD6OU]