Filmati: Ara liema ministri u MPs segwew l-għadd tal-voti mill-qrib

F’dawn l-aħħar tlett ijiem, fin-Naxxar kien għaddej l-għadd tal-voti tal-elezzjoni għall-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex. Il-protagonisti, sintendi, huma l-kandidati għall-elezzjonijiet, imma fost dawn, spikkaw ukoll ċerti persuni mlaħħqin taż-żewġ partiti ewlenin, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, uħud minnhom anke fil-Kabinett, li kienu preżenti u kienu qegħdin jappoġġjaw lill-kandidati.

LIVE: Illum inkunu nafu min rebaħ l-aħħar 23 lokalità

Illum kien hemm il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li kienet qiegħda tappoġġja lill-kandidati Għawdxin, peress li llum tħabbru l-kunsilli lokali tal-Munxar, ta’ San Lawrenz, tal-Qala, taż-Żebbuġ u ta’ Kerċem, u anke l-Membru Parlamentari Glenn Bedingfield. Dan kien qed jagħti s-sapport tiegħu lill-kandidati għall-kunsill lokali tal-Isla, peress li hu stess huwa mill-Kottonera.

Mill-Partit Nazzjonalista llum kien hemm id-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius. Dehret l-MEP eletta Roberta Metsola u anke l-Membru Parlamentari Toni Bezzina.

Żewġ ministri li sikwit żaru ċ-Ċentru fil-jiem li għaddew huma l-Ministru Ian Borg u l-Ministru Konrad Mizzi.

Elezzjonijiet Kunsilli Lokali: 16-il kunsill għall-PL; 4 għall-PN; 1 indeċiż

Ilbieraħ, il-Ministru Owen Bonnici deher jiċċelebra mal-kandidati eletti wkoll.

Nhar l-Erbgħa, meta tħabbar li l-Partit Laburista rebaħ il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, kien hemm briju kbir fin-Naxxar. Fost dawk jiċċelebraw kien hemm il-Ministru Konrad Mizzi.

Elezzjonijiet: 16-il lokalità għall-PL; 7 għall-PN