Filmati: Ara l-Kapxi waqt il-maratona għad-Dar tal-Providenza

30 siegħa maratona b’risq id-Dar tal-Providenza

Posted by 103 on Wednesday, December 30, 2020

Matul il-maratona ta’ 30 siegħa li għaddejja bħalissa fuq l-istazzjon tar-radju 103FM Malta’s Heart, Joseph Mangion magħruf bħala l-Kapxi appella lil kulħadd biex jagħti d-donazzjoni tiegħu. S’issa nġabru iktar minn €9,000. Matul l-appell tiegħu, il-kapxi għamel erba’ murtali li għalihom huwa l-iktar magħruf.

Din il-maratona bdiet fis-6am u se tibqa’ għaddejja sa 12pm ta’ għada. L-għan ta’ din il-maratona huwa li kull min jista’ jagħti donazzjoni għad-dar tal-providenza.

Id-Dar tal-Providenza matul is-snin offriet dar lil mijiet ta’ persuni b’diżabilità. Fost dawn il-persuni li jgħixu f’din id-dar hemm Valerie li hija persuna b’diżabilità. Oħtha Elvia irrakkuntat li għadha tiftakar kif meta kienet żgħira, missierha kien qalilha li hi trid tistudja aktar biex ‘il quddiem, tkun tista’ tieħu ħsieb lil oħtha Valerie.

Illum Valerie toqgħod ġod-Dar tal-Providenza, fejn ħajjitha marret għall-aħjar, imma oħtha Elvia għadha tieħu ħsiebha wkoll u żżurha ta’ spiss, apparti mill-fatt li bħalissa l-pandemija tellfitha xi ftit milli tqatta’ l-ħin ma’ oħtha.

F’kollegament online li sar ma’ Fr Martin Micallef, huwa appella lin-nies biex jagħtu d-donazzjonijiet. Spjega li n-nies għadhom jisimgħu l-appell ta’ Dun Mikiel Azzopardi u għadhom jagħtu d-donazzjonijiet għal din id-dar.

Kif tista’ tgħin din is-sena?

  • Segwi 103 Malta’s Heart minn għada l-Erbgħa fis-6am sa 12pm tal-Ħamis, 31 ta’ Diċembru
  • Segwina LIVE billi tagħfas hawn
  • Agħti donazzjoni billi tagħfas hawn
  • Ċempel fuq 5160 2012 biex tagħti donazzjoni ta’ €10 (VO 1066)
  • Ċempel fuq 5180 2014 biex tagħti donazzjoni ta’ €25 (VO 1066)
  • Ċempel fuq 5190 2085 biex tagħti donazzjoni ta’ €50 (VO 1066)
  • Ibgħat SMS fuq 5061 8922 biex tagħti donazzjoni ta’ €7 (VO 1066)