Filmati: Ara kif il-maltempata laqtet diversi lokalitajiet

Fis-sigħat li għaddew maltempata ħakmet lill-Gżejjer Maltin. Diversi filmati li waslu lil Newsbook.com.mt juru partijiet differenti minn Malta li esperjenzaw xita qawwija u saħansitra anke silġ .

F’’Birkirkara kien hemm żoni li għamel is-silġ. Newsbook.com.mt irċieva filmat li juri s-silġ nieżel.

Il-paġna ta’ Facebook Maltese Roads Trafic Update tellgħet diversi filmati li bagħtulha s-segwaċi tagħha fejn juri partijiet minn Malta mgħerrqa.

Fil-filmat meħud minn persuna li kienet fit-triq Tal-Barrani. Din it-triq kienet tinsab mgħerrqa għall-ħabta tas-12.40pm.  Hija tellgħet ukoll ritratt tal-Wied ta’ Birkirkara li kien jinsab mgħerreq.

https://www.facebook.com/maltatraffic/videos/357773855262311/?v=357773855262311

Newsbook irċieva wkoll filmat mingħand persuna li fil-ħin tal-maltempata kienet għaddejja minn Ħal Qormi fin-niżla tal-MaltaPost. Jidher li anke f’dawn l-inħawi x-xita kienet nieżla sew u jidher ammont konsiderevoli ta’ ilma.

Persuna li toqgħod Ħal Lija bagħtet filmat lil Newsbook.com.mt li juri s-saħħa tax-xita li kienet nieżla fl-istess ħinijiet.