Filmat: It-Temp Madwarna – Bernice Farrugia
Hekk kif l-ewwel maltempata waranofsinhar laqtet il-Gżejjer Maltin diversi lokalitajiet speċjalment fin-Nofsinhar ta’ Malta esperjenzaw xita qliel. Jidher li postijiet bħal Birżebbuġa u Ħal Għaxaq kienu l-aktar li ntlaqtu minn din il-maltempata u kien hemm mumenti fejn esperjenzaw ukoll is-silġ.

Diversi filmati u ritratti li ttellgħu fuq Facebook fuq diversi paġni wrew dan.
Filmat: The Malta Weather Page – Mark Brincat
Wara din il-maltempata l-paġna It-Temp Madwarna tellgħet ritratt li ttieħed minn Bernice Farrugia li juri qawsalla doppja f’Birżebbuġa.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, it-temp għal għada mistenni jkun il-biċċa l-kbira msaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalba xita iżolata. L-ogħla temperatura għal għada mistennija tkun 30°C u l-inqas 23°C.