Filmat: Żvelata tazza ġdida għall-Kampjonat Premier

Il-Malta Football Association ħabbret iżjed kmieni llum li mill-istaġun li ġej ir-rebbieħa tal-Kampjonat BOV Premier se jkunu qed jingħataw tazza ġdida.
Filfatt, il-kumpanija Thomas Lyte, l-istess kumpanija li ħadmet l-FA Trophy l-ġdida ġiet ikkummissjonata mill-MFA biex timmanifattura din it-tazza.
Minbarra l-arma tal-MFA, fid-disinn se jkun hemm imnaqqax fil-fidda, il-forma tal-ewwel tazza tal-kampjonat – il-Cassar Cup.

Filmat: MFA