Filmat: Żvelat il-logo tal-Eurovision 2016. Ira se tkanta fl-ewwel semi-finali.

Filwaqt li Malta għadha qed tiddiskuti r-rebħa ta’ Ira Losco ta’ nhar is-Sibt li għadda, fl-Iżvezja llum ġie żvelat il-logo uffiċjali tal-Eurovision 2016.
It-tema li ntagħżlet hija Come together.
Id-direttur tal-istazzjon televiżiv SVT Hanna Stjärne sostniet li l-għan tal-Eurovision llum huwa simili għal dak originali tal-1956. Il-festival għadu sa llum iġib l-għaqda u jwaqqa l-barrieri li jeżistu bejn l-Ewropej.
Fl-istess konferenza ttellgħet il-polza ta’ kif se tkun l-ordni tal-pajjiżi fis-serati semifinali.
Malta – u Ira Losco – se tkanta fl-ewwel semifinali tat-Tlieta 10 ta’ Mejju.
Sa nofs Marzu, il-laqgħa tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet, Malta mistennija tiddeċiedi b’liema kanzunetta Ira Losco se tirrappreżentaha fi Stokkolma.