Filmat: Zuntier.com iniedi kampanja favur djalogu pożittiv

Zuntier.com flimkien mal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija niedew kampanja ta’ sensibilazzazzjoni favur djalogu pożittiv fis-soċjeta’ Maltija.

Is-sit elettroniku Zuntier.com ilu miftuħ għal dawn l-aħħar disa’ xhur. L-għan warajh kien li joħloq lok għal djalogu miftuħ u pożittiv bejn persuni li jkollhom opinjoni differenti fuq suġġetti varji.

Biex titnieda din il-kampanja, Zuntier.com ħoloq kompetizzjoni ta’ kitba u fotografija. Dan se jkun qed iservi ta’ lok għal qbil komuni bejn ideat varji.

Din l-inizzjattiva sabet is-sapport tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta li se jkun qed jipprovdi rigali għal min jirbaħ din il-kompetizzjoni. Eventwalment, ix-xogħolijiet se jkunu qed jiġu esebiti fl-Università u r-rebbieħ jitħabbar fis-6 ta’ Novembru li ġej.