Filmat: Żjara b’sorpriża minn Papa Franġisku

Kif kien ħabbar iżjed kmieni, matul is-Sena tal-Ħniena, il-Papa Franġisku qed iwettaq żjarat b'sorpriża lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.
Ilbieraħ Papa Franġisku żar dar tal-anzjani fil-periferija ta' Ruma u iżjed tard mar fi sptar fejn jieħdu ħsieb persuni fi stat veġetattiv.
Il-Papa qed iwettaq żjarat simili darba fix-xahar bħala parti minn Att ta' Ħniena fil-prattika kif qed iħeġġeġ li l-Knisja tagħmel tul dan il-Ġublew.
Madwar 33 resident fid-dar tal-anzjani laqgħu bil-ferħ lill-Qdusija Tiegħu, waqt li kien evidenti dmugħ ta' ferħ u emozzjoni fuq wiċċ l-anzjani.
Il-Papa ħa l-ħin biex jiltaqa' u jqatta' ftit tal-ħin jitkellem magħhom u żar ukoll lill-ħaddiema u l-carers.
Papa Franġisku kien akkumpanjat mill-Isqof Rino Fisichella, il-Kap tal-Kunsill tal-Vatikan għall-Evanġelizzazzjoni Ġdida.