Filmat: Żifna għall-indafa fil-Belt Valletta

L-organizazzjoni Let's Do it Malta se tkun qed tieħu sehem fl-attività Meditteranean Clean Up bejn l-10 u l-11 ta' Mejju.
L-għan ta' din l-attività huwa li jiġu mnaddfa l-bajjiet tal-Mediterran u biex titqajjem kuxejnza dwar l-indafa fil-pajjiżi.
Għal din l-attività, Let's Do it Malta nediet vidjow li nġibed fil-Belt Valletta.
Raġel ġie mqabbad jarmi tazza tal-kartun mal-art sakemm xi ħadd jiġbora u jarmiha f'reċipjent fil-viċin.
Malli tifel ġabar it-tazza u ramiha kif suppost, grupp żgħażagħ infexxew f'ċapċip u żifnu żifna fi Pjazza Reġina fil-Belt Valletta.
Kif tistgħu ssegwu mill-filmat, fl-aħħar taż-żifna ġie mdendel poster dwar din l-attività mill-gallarija tal-Każin Malti fi Pjazza Reġina stess.