Filmat: Żiemel sfrattat joħloq kaos f’San Ġwann

Uffiċjali tad-dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali flimkien mal-Pulizija kellhom jintervjenu f’San Ġwann biex jippruvaw jikkontrollaw żiemel sfrattat. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.15pm.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident minkejja li nħolqot konġestjoni tat-traffiku hekk kif diversi sewwieqa raw iż-żiemel jiġri fuqhom kif jixhed dan il-filmat ta’ Cristina Gatt.

Il-Pulizija waqqfu liż-żiemel mingħajr ma jagħmel ħsara u jirritornawh lil sidu.

Iż-żiemel ġarrab ġrieħi ħfief.

Filmati: Cristina Gatt