Filmat: Żieda fil-kaċċa illegali fl-aħħar tliet snin

Read in English.

Birdlife malta kkonfermat figuri tal-aħħar tliet snin li juru li din is-sena kien hawn l-ogħla rata ta’ għasafar protetti li tniżżlu b’mod illegali mill-kaċċaturi Maltin.

Fi stqarrija, Birdlife qalet li mill-bidu tas-sena sa issa nstabu 32 għasfur protett li kien ferut u li ġew ikkonfermati li kienu saru sparaturi fuqhom b’mod illegali. Dan b’kuntrast mas-sena 2018 fejn kienu nstabu 19-il għasfur protett u s-sena l-oħra fl-2019 fejn instabu 24 għasfur protett.

F’filmat li ġie ppubblikat, Birdlife Malta qalet li nstabet Gamiema li hija meqjusa bħala speċi protetta u li kienet feruta. Intqal ukoll li sa mill-10 ta’ April sal-lum kien hemm 10 għasafar protetti li ġew salvati wara li kienu tniżżlu b’mod illegali. Dan ifisser li n-numru ta’ għasafar protetti sparati waqt l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa żdied għal iktar minn tajra kuljum.