Filmat: Zidane jaqla’ daqqa bla mistenni

Zinedine Zidan qala’ daqqa bla mistenni waqt il-logħba ta’ Real Madrid kontra Celta Vigo. Il-maniġer ta’ Bernabeu qam minn fuq il-bank biex jgħaddi xi ordnijiet lit-tim tiegħu meta l-iskor kien ta’ 1-1. Sfortunatament f’dan il-ħin spiċċa qala’ daqqa f’wiċċu.

Id-difensur ta’ Celta Vigo Joseph Aidoo kien qed jiġġieled għall-ballun ma’ Toni Kross fil-61 minuta. Iżda spiċċa biex żelaq fuq il-ballun u kif waqa saqajh spiċċaw f’wiċċ Zidane li dak il-ħin kien qrib il-linja. Mal-impatt Zidane spiċċa waqa’ mal-art. Ir-ritratti jistgħu jixhdu dan.

Iżda l-leġġenda tat-Tazza tad-Dinja li għandu 47 sena reġa’ qam malajr fuq saqajh wara li għenu jqum il-plejer tal-Ghana Aidoo.