Filmat: Żgħażagħ Munxarin jagħtu qalbhom għall-festa

Minn għada jiftaħ l-istaġun tal-festi tas-sajf f'Għawdex bl-ewwel festa tkun dik ta' San Pawl iċċelebrata fil-Paroċċa tal-Munxar.
Newsbook.com.mt iltaqa' ma' għadd ta' żgħażagħ li matul din il-ġimgħa kienu qed iħejju għall-festa billi jippreparaw l-armar kollu fit-toroq tar-raħal.
Għadd ta' żgħażagħ oħra mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Munxarin kienu qed iħejju għax-show tal-lejla.
Newsbook.com.mt tkellem mal-President ta' din l-għaqda li fi kliemu jispjega l-ħidma tal-għaqda matul is-sena x'tinvolvi u jagħti togħma żgħira minn dak li ppreparaw għall-Munxarin u dawk kollha li jżuru din il-festa lejn tmiem il-ġimgħa f'Għawdex.