Filmat: Żewġt iklieb ġodda għal SOS Malta biex jgħinu f’missjonijiet umanitarji

Żewġ iklieb tar-razza border collie se jkunu qed jingħataw it-taħriġ meħtieġ minn SOS Malta biex la jikbru ftit ieħor ikunu jistgħu jsiefru barra minn Malta u jgħinu f’missjonijiet umanitarji li SOS Malta tkun involuta fihom.
Dawn iż-żewġt iġriewi se jingħaqdu ma' disat iklieb oħra li ġew imħarrġa mill-għaqda.
Id-donazzjoni saret minn NSARDA, l-assoċjazzjoni Ingliża li tieħu ħsieb it-tfixxija u s-salvataġġ permezz tal-klieb.
Mil-lum ‘il quddiem, SOS K9 Malta se tkun qed tħarreġ lill-klieb tagħha fil-bini tal-Fire and Security Engineering.
Biex tkun tista’ tgħin aktar f’missjonijiet tagħha, f’Awwissu tas-sena li għaddiet, SOS Malta fetħet l-SOS K9, it-taqsima tat-tfittxija u s-salvataġġ bil-klieb.
Filmat: Reel8 Productions