Filmat: Żewġ żgħażagħ Ukreni jiffilmjaw f’Malta u jqabbluha mad-deheb

Żewġ żgħażagħ Ukreni qattgħu gimgħa f’Malta li matulha ġibdu ħafna filmati tal-gżira biex joħolqu filmat qasir li juri l-aħjar postijiet f’Malta li fi kliemhom iqabbluha mad-deheb.
Għal dan il-filmat ta’ 4 minuti bl-isem Malta: Feels like Gold, iż-żgħażagħ ġibdu l-filmati tagħhom permezz ta’ drone li juri stampa mill-isbaħ ta’ Malta mill-ajru.
Fil-filmat jispikkaw xeni tal-baħar u l-koppli ta’ diversi knejjes f’Malta.
Għal dawn l-aħħar għaxar snin, l-aħwa kienu jgħixu fl-Italja u riċentament bdew jagħmlu dawn il-filmati qosra dwar postijiet viċin l-Italja u jpoġġuhom fil-midja soċjali.