Filmat: Żewġ minuti kollox biex jiżboħ l-istrixxi fit-triq

Filmat li sab postu fuq Facebook juri ħaddiem jiżboħ is-sinjali tat-traffiku mal-art f’temp ta’ ftit minuti.
F’dan il-filmat, il-ħaddiem jidher riekeb vettura b’magna taż-żebgħa u b’manuvri simili bħal dawk tal-aqwa sewwieqa tal-Formula Wieħed jeħles mix-xogħol f’qasir żmien.
Huma diġà eluf il-persuni li raw il-filmat jew aktar minn 300,000 filwaqt li 3,200 għamlu share u 2,000 oħra għamlu like u kkummentaw fuq il-profil tal-Facebook tas-sit Amerikan, Contruction Machines.