Filmat: Żewġ gruppi ta’ immigranti rilokati fi Franza u l-Portugall

Read in English.

Il-Gvern ħabbar li saru żewġ titjiriet minn Malta lejn il-Portugall u Franza b’żewġ gruppi ta’ immigranti li ġew salvati mill-bastimenti li jsalvaw il-ħajjiet. L-immigranti ddaħħlu Malta matul dan is-sajf. Ir-rilokazzjoni setgħet issir permezz ta’ ftehim ad hoc li sar bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

L-immigranti kienu salvati fis-7 ta’ Lulju mill-Forzi Armati ta’ Malta mill-bastiment Alan Kurdi u ħidma oħra separata ta’ salvtaġġ ittieħdu fil-Portugall.

Dan filwaqt li l-immigranti salvati fit-23 ta’ Awwissu mill-bastiment Ocean Viking ittieħdu lejn Franza.

L-istqarrija tal-Gvern tgħid li l-immigranti kollha rċivew assistenza mill-awtoritajiet lokali, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni (IOM) u mill-ambaxxati rispettivi ta’ Franza u l-Portugall f’Malta.