Filmat: Żbroff ta’ drenaġġ f’Manoel Island

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qal li qed jittieħdu passi sabiex tissolva l-problema ta’ żbroff  ta’ drenaġġ fil-baħar f’Manoel Island.
Intqal li x’ħin sar jaf b’dan il-każ, minnufiħ saret spezzjoni fil-post indikat.
Irriżulta li l-problema kienet ġejja minn sadd fis-sistema tad-drenaġġ.
Id-Direttorat informa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li wkoll ħadu l-passi neċessarji biex il-ħsara tkun irranġata fl-iqsar żmien possibbli.
Ibgħat ir-ritratti jew filmati tiegħek fuq info@newsbook.com.mt