Filmat: Żagħżugħ Qormi jirbaħ b’Escape

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=RlRKFQ5Exe0]

Il-kantant Sebastian Calleja, li għandu biss 19-il sena, irnexxielu jakwista t-titlu ta’ Best Music Video għad-diska tiegħu Escape fil-konkors onlajn Listeners Pick Poll fuq www.tonisant.com.
Il-kantant minn Ħal Qormi ħareġ id-diska fis-sajf tal-2017 bil-filmat mużikali tagħha maħdum f’postijiet differenti madwar Malta.
Il-filmat tnieda uffiċjalment waqt l-OGAE Eurovision Weekend f’Berlin fil-Ġermanja fejn Sebastian kien mistieden biex ikanta minħabba li fl-2016 kien rebaħ il-kompetizzjoni.
Fil-bidu tal-2018, il-filmat ta’ Sebastian ġie nnominat, flimkien ma’ bosta filmati oħra għall-aqwa filmat mużikali tal-2017 fuq il-programm ta’ Toni Sant, ‘Mużika Mod Ieħor’. Din kienet il-kategorija li rċeviet l-akbar numru ta’ nominazzjonijiet.