Filmat: Xugamani, lilos u mħaded mill-Maltin għal dawk jistennew id-dokumenti minn Identity Malta

Read in English.

Xugamani tal-baħar, lilos u mħaded ingħataw lil persuni barranin li baqgħu jistennew quddiem Identity Malta matul il-lejl, wara li ma rnexxilhomx jinqdew il-ġurnata ta’ qabel biex jingħataw permess għax-xogħol (work permit).

Skont post fuq il-midja soċjali, kmieni dalgħodu numru ta’ persuni Maltin waħħlu posters ħdejn l-uffiċini ta’ Identity Malta fil-Belt Valletta bil-kliem ‘You are very welcome’, jiġifieri, intom milqugħin ħafna.

Dawn il-posters bagħtu diversi messaġġi lil dawk li kienu qed jistennew, fosthom li l-Maltin lesti jgħinu lil dawk kollha li huma lesti jaħdmu u jikkontribwixxu f’Malta. Il-posters jisħqu wkoll li huma grati ħafna li l-barranin għażlu li jagħmlu Malta d-dar tagħhom, kemm jekk b’mod temporanju u kemm jekk b’mod permanenti. Jgħidu wkoll li huma grati li l-barranin marru jistennew fil-kju, fis-sħana, biex jieħdu numru, u li jekk huma fortunati jinqdew dakinhar, u jekk le jkollhom jiġu l-għada u jistennew bejn 4 u 6 sigħat.

Il-posters jgħidu wkoll li jista’ jkun li jkollhom joqogħdu jistennew matul il-lejl u jitilfu paga ta’ ġurnata biex joqogħdu fil-kju, iżda, huma milqugħin ħafna f’Malta.