Filmat: Xufier tal-Arriva jsir l-eroj tal-ġurnata!

Xufier tal-Arriva dalgħodu kien fil-post u l-ħin opportun hekk kif irnexxielu jsalva mara anzjana li nqabdet fil-karozza tagħha li ħadet in-nar.

L-anzjana kienet fil-karozza tagħha li qabdet dalgħodu fi Triq it-Torri Tas-Sliema.

Fil-ħin tal-inċident, ix-xufier kien qed isuq il-karozza tal-linja fil-karreġġjata opposta.  Meta ra n-nar ħiereġ mill-karozza, ix-xufier qabad il-fire extinguisher u niżel jitfih minnufih.

 

Filmat: Justin Gerald Saliba