Filmat: Xufier attakkat minn turist f’Għawdex

Raġel li kien qed isuq xarabank bit-turisti spiċċa fl-idejn ma’ turist.

Fuq il-midja soċjali Josef Karl Bajada tella’ filmat li juri kif ix-xufier kien aggredit minn turist. Żied li x-xufier kien innoċenti f’din l-istorja. Numru ta’ turisti niżlu minn fuq ix-xarabank biex jassistu lix-xufier.

Il-każ ġara fix-Xlendi Għawdex għall-ħabta tal-4pm, fil-ħin li kienet għaddejja l-logħba tradizzjonali tal-ġostra.

Filmat: Josef Karl Bajada