Filmat: X’se tmur tagħmel Erminia għand Emilio?

It-12-il episodju mill-ewwel staġun tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba jixxandar illejla fuq TVM fid-8.50pm.

Carmine u Germana x’se jgħidulu lil Salvatore? Iżda hu x’jaħseb dwar dan kollu? Għaliex Karla ma tridux lil Salvatore? X’se tgħidilha lil Elena dwar Sergio u dwar Matteo? Laura x’se tmur tagħmel fl-uffiċċju ta’ Emilio? X’se titolbu lil Berto?

Ritratt: Ivan Borg

Germana u Karla jitkellmu dwar dak li kien inqala’. X’se jgħidu bejneithom?

Ritratt: Ivan Borg

Għaliex Germana irrabjata ħafna? Laura tinsisti li Berto kien jaf xi ħaġa li ma jridx jgħidilha. X’ritratt se turih?

Ritratt: Ivan Borg

Erminia tmur fid-dar ta’ Emilio. Xi trid tgħidlu daqshekk importanti? X’intenzjoni għandu Ġiuseppe?

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

Is-sensiela għandha produzzjoni ta’ Rewind, fuq kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.