Filmat: X’se tistqarr Francis ma’ Bertu?

Wara waqfa ta’ ġimgħa llejla fuq l-istazzjon Net se tkompli s-sensiela Fattigi fejn naraw lil Mark u lil Mandy jistagħġbu bir-reazzjoni ta’ Maryanne meta din tirrealizza li jista’ jkun hemm xi ħaġa bejn ir-raġel tagħha u Crystal.

Francis tistqarr ma’ Bertu li qed tħoss li Catherine qed taħbilha xi ħaġa. Catherine taffronta lil ħuha Maurizio dwar il-ħniżrijiet li għamel fil-passat.

Dan hu filmat ieħor mill-episodju tal-lejla:

Segwi hawn dak li ġara fl-aħħar episodju li xxandar ħmistax ilu.

Fattigi għandu produzzjoni ta’ Watermelon Media.