Filmat: X’se tgħidilha Ġużi dwar il-ħwejjeġ tat-tarbija?

Episodju ieħor ta’ F’Ġieħ l-Imħabba se jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.

Fejn mar Riccardo. X’issuġġerilu li jagħmel Silvio? Giuseppe x’se jgħidilha lil Elena u min mar d-dar tiegħu? Erminia tidher irrabjata ħafna għal Emilio. X’kien ġara bejniethom?

Laura qed tistenna lil Emilio jmur l-isptar. X’se tgħidilha Ġużi dwar il-ħwejjeġ tat-tarbija?

Għaliex il-pulizija se jmorru għand Giuseppe? X’se jagħmel Salvatore u għaliex Giuseppe se jkun irrabjat ħafna għal Sergio?

Federico għaliex se jċempel lil Giuseppe. X’qallu u min kien hemm jissemma’?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ l-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.