Filmat: X’se tagħmel Erminia bl-informazzjoni li kisbet?

Salvatore jakkuża lil Karla li qed tgħir. Għal min u għaliex? Karla titlob lil Salvatore biex jagħmel xi ħaġa dwar in-negozju ta’ missieru. X’se tgħidlu eżatt u Salvatore x’se jikkumenta? Tgħid jikkuntentaha jew le?

Bernardette x’raġuni tat lill-ommha għaliex kienet qed tibki?

Għaliex Elena tiġġieled ma’ Sergio? Salvatore jitkellem ma’ Sergio dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Elena. X’se jgħidlu?

Kif baqa’ n-Niksu? X’se tkun qed tagħmel Erminia issa?

Ritratt: Ivan Borg

Kif inhi Laura? X’se jgħidulu Ġużi u Fredu lil Emilio? Il-professur irid ikellem lil Emilio. X’ġaralha Laura? Insiru nafu ma’ min kien iltaqa’ Emilio. Iżda min kien rah? Min hu Pawlu? X’wild kellu Emilio? U kif inhi Laura?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ l-Imħabba għandu produzzjoni ta’ Rewind fuq kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.