F’Ġieħ L-Imħabba jkompli llejla fid-8.50pm fuq TVM. Illejla naraw x’għamlet Bernardette wara li ġriet lejn il-kċina? X’qalet Germana u Concetta x’irrispondietha… fiex jidħol Giuseppe? X’ġara meta mar fil-kċina u x’qaltlu Bernardette?
Ġużi kellha xi tgħid ma’ Emilio… x’qaltlu dwar Erminia u dwaru? … u x’ġara xħin ħarġet minn ħdejh? X’qaltilha Karla meta Concetta marret taraha u Salvatore x’jaħseb dwar is-sitwazzjoni?
Sergio mar ikellem lil Giuseppe u kien irrabjat ħafna… x’qallu u Salvatore u Concetta qablu miegħu? Fejn marru Agata u Bernardette?
Xi ġralha Ġużi waqt li kienet sejra lura d-dar? Sergio rċieva ittra… x’kien fiha?
Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra.
F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.