Filmat: X’se tagħmel aktar Erminia?

It-tmien puntata tal-ewwel staġun ta’ F’Ġieħ L-Imħabba jkompli llejla fid-8.50pm fu TVM. Din is-sensiela għandha kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Għaliex Sergio jħossu offiż? Għaliex Emilio ma jridx li Laura tagħti ħafna kunfidenzi lil Ġużi? Għaliex Ġużeppe dejjem jiddefendi lil Riccardo? Emilio x’qalilha lil Erminia?

Francesca Scerri bħala Erminia. Ritratt: Ivan Borg

Min hi Karla? Għaliex reġgħet lura Malta? X’qalulha Sergio u Elena? Laura marret fil-maħżen tal-ħwejjeġ. X’qaltlu lil Berto u x’qaltilha lil Erminia? Karla x’qaltilha lil Elena li biha dejqitha ħafna? Salvatore x’sorpriża qed jipprepara għal Karla?

Ara hawn dak li ġara l-ġimgħa l-oħra: