Filmat: X’se naraw fiż-Żagħka nhar it-Tnejn?

It-Tnejn 7 ta’ Ottubru jmiss it-tieni puntata tas-sensiela Iż-Żagħka fuq l-istazzjon Net u llum inwasslulkom xi taħrif kif ukoll filmat ta’ dak li se taraw fl-episodju li jmiss.

L-introduzzjoni tal-Ispetturi Ludwig Shead u Antida Fleri, laqqagħtna ma’ każ pjuttost mhux tas-soltu. L-ispetturi msemmija qed jinvestigaw u jfittxu mara li għad m’hemmx identita’ għaliha. L-inħawi tad-dar il-kbira, huma tat-tkexkix.

Il-counsellor Judith Ebejer tilqa’ lil Shead f’darha.

Il-mara misterjuża ssib il-mazz ta’ ċwievet li waqgħu lil Spiru. Insiru nafu li ‘l mara għandha ‘l min hu kompliċi magħha.