Filmat: X’se jsir jaf Sergio?

Is-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba tkompli llum fuq TVM bit-13-il-puntata tal-ewwel staġun, li għandu kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Se tkun qed tixxandar bħas-soltu fuq TVM fid-8.50pm.

Ritratt: Ivan Borg

Berto jmur jiġri d-dar ta’ missier Ġuż. X’se jagħmel Fredu x’ħin jara r-ritratt? Min huma dawk in-nies li hemm fir-ritratt? X’se jagħmlu?

Erminia tmur għand missierha Giacinto. Għaliex tibża’ daqshekk minnu? X’qalu fuq Emilio u l-pjan tagħhom? 

Ritratt: Ivan Borg

Ġiuseppe u Salvatore se jitkellmu dwar dak li kien ġara ma’ Karla. X’se jgħidu dwar is-sitwazzjoni li nħolqot?

Fiex jidħol Sergio? Sadanittant Sergio imur ħdejn iż-żwiemel u jsib lil Elena hemmhekk. X’se jiġri? X’se jsir jaf Sergio?

Għaliex Lourdes se tgerger ma’ bintha Erminia? Għaliex Ġiuseppe se jċempel lil Ġermana? Din ta’ l-aħħar tmur tkellem lil Matteo.

Ritratt: Ivan Borg

X’qed jippjanaw. Min se jismagħhom u x’intenzjoni għandu Ġiuseppe?

Biex infakkruk, dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

Fost l-atturi li jieħdu sehem f’din is-sensiela nsibu lil Mario Micallef, Malcolm Ellul, Keith Cassar Jackson, Mariliana Debrincat, Frida Lagana, Frank Vella, Silvio Axisa, Donnah Busuttil, Marisa Zahra, John Mansueto, u Justin Axiaq