Filmat: X’se jkun qed jiġri llejla f’Division 7?

Division 7️⃣ Seaaon 🎱 Episode 4️⃣ coming up 😉Ghal aktar informazzjoni fuq il-progetti l-godda taghna, ghamlu like fuq il-pagna ta' DBA EntertainmentZippy

Posted by DIVISION 7 on Wednesday, October 14, 2020

Is-sensiela Division 7 tkompli llejla fid-9.05pm fuq One TV bir-raba’ puntata mit-tmien u l-aħħar staġun.

Issa li Karl ħeles minn Miss Chew u Feliċ, se jasal jeħles miċ-Ċiċċa wkoll? Il-Brimbu spiċċa maqful ġo ċella, u n-Niċċa issa jidher li għandu problemi ħafna akbar milli deher li se jkollu, u dan wara li Matthew Cachia u Robbie sabulu ħafna droga moħbija f’waħda mill-moħbiet tiegħu, u anki xi katavri fil-friża. Kif ser joħroġ minnha?

Roderick qed jibża’ għal ħajtu għax issa daħal f’wisq basal. Se jasal jikxef mingħand min jixtri s-sapun?

Division 7 għandu produzzjoni ta’ DBA Entertainment.