Filmat: X’se jkun qed isib Diego?

Fl-episodju tal-lejla mis-sensiela L-Għarusa se naraw lil Abela jitlob lil Tonin biex jgħinu joħroġ. Flaminia jibda jiddispjaċiha li issa ma tistax tagħmel iktar xogħolah. Diego jsib dar bl-istess arma tal-pendent u jkun jixtieq jsir jaf aktar dwarha.

Septa tirritorna lura ċ-ċirku. Abela jiddeskrivi l-pendent li sab lil Fenech Lauri biex jippruvaw isolvu il-każ. Amelia tmur iżur lil Agostino. Fenech Lauri jmur għand professur ħabib tiegħu, biex jara jistax jgħinu dwar l-arma tal-pendent.

Lucrezia tmur biex tiftaħ il-bieb u ssib lil Arturo quddiema. Tgħid għalfejn mar jara lil Lucrezia?

L-Għarusa jixxandar fuq TVM fid-8.50pm u għandu kitba ta’ Audrey Bricat Dalli b’direzzjoni ta’ Steven Dalli u Justin Farrugia, u produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.