Filmat: X’se jiġrilha Catherine wara li nqabdet f’gidba?

Illejla tkompli s-sensiela Fattigi bl-20 puntata mit-tieni staġun fejn se naraw x’se tagħmel issa Catherine wara li sħabha ffaċċjawha bil-gidba li qabduha fiha?

Rudolph se jirnexxielu jaqbad lil Jonathan u lil Crystal flimkien?

Illum niskopru għalfejn mar l-Istitut?

Kiki tgħin lill-pulizija b’identity kit ta Victor.

Mandy tmur għand missierha biex Kiki torqod komda. Francis inkwetata bir-reazzjoni u d-deċiżjoni ta’ Catherine.

Dan hu dak li ġara l-ġimgħa li għaddiet:

Hawn tista’ tara aktar xeni mill-puntata tal-lejla:

Fattigi jixxandar fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm.