Filmat: “X’se jiġri mit-tfal jekk jien neħel il-ħabs?”

It-18-il puntata mit-tieni staġun tas-sensiela Fattigi tixxandar illejla fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm. Illejla se naraw lil Catherine tkompli tagħmel pressjoni fuq Maurizio waqt il-konfrontazzjoni tagħha miegħu.

Agatha tiftaħ qalbha għall-ewwel darba dwar il-passat tagħha.

Maryanne deċiża u tibda tieħu azzjoni.

Mark jinqalagħlu intopp ieħor. X’se jiġri issa minn Kiki?

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

Fattigi għandu produzzjoni ta’ Watermelon Media.