Filmat: X’se jiġri minn Kiki?

Illejla jkompli t-tieni staġun tas-sensiela Fattigi fejn se naraw x’se jiġri minn Kiki issa li ħarbet minn fejn kienet miżmuma.

Jonathan jidħol id-dar kmieni filgħodu, imma din id-darba x’se jsib meta jidħol id-dar? Samantha għaddejja minn xi tip ta’ kriżi. X’qed jiġrilha?

Gregory jitkellem ma’ Sister Margerita u juriha li jixtieq li xi darba t-tnejn li huma jsibu lil min tilfu.

Dan hu dak li ġara l-ġimgħa l-oħra:

Dan huwa dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

Fattigi jixxandar fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net.