Filmat: X’se jiġri fl-episodju li jmiss ta’ Fattigi

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Ottubru, fid-8.45pm, l-istazzjon Net se jkun qed ixandar it-tieni puntata mit-tieni staġun ta’ Fattigi.

Tgħid Maurizio se jmur lura għall-vizzju ikrah? X’parir se tagħtih Catherine, lil binha Mark? Il-ħolm ta’ Gregory qed jieħu xejra aktar surreali u din il-problema qed tikber ġo moħħu. X’se tagħmel Mandy, meta Francis taħtafha, wara diskursata dwar Bertu? X’ġara mill-baby ta’ Sister Margerita? U Petra xi trid minn Catherine?

Jekk tixtieq iġġedded ftit il-memorja ta’ x’ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra, segwi l-filmat hawn taħt.