Filmat: X’sar minnu Jason ta’ Simpatiċi?

Kurt Castillo

Il-mistieden ta' nhar il-Ħamis huwa Kurt Castillo. Ħafna jiftakruħ bħala Jason. It-tifel tal-familja Cassar u in-neputi favorit tan-nanna Katrin.

Posted by X'sar minnhom? on Wednesday, February 12, 2020

Illejla l-mistieden ta’ Alisa Pavia waqt il-programm X’Sar Minnhom? se jkun l-attur Kurt Castillo li konna narawh fis-sensiela Simpatiċi fil-karattru ta’ Jason. Illum huwa se jkun qed jaqsam bosta memorji miż-żmien li kien jaħdem f’din is-sensiela, kif ukoll dwar ix-xogħlijiet li ħadem mal-atturi Lino Grech u Maryrose Bonello.

Castillo se jġedded bosta memorji ta’ meta minħabba f’Jason bosta kienu dawk li kienu jmorru jħabbtu l-bieb u jħallulu xi messaġġi. Għalkemm għaddew 21 sena minn mindu Simpatiċi kien beda jintwera għall-ewwel darba, din is-sensiela tista’ titqies bħala waħda li ma tmut qatt u l-karattru ta’ Jason bla dubju hu fost l-aktar li t-telespettaturi għadhom iħobbu.

Illejla Castillo se jitkellem ukoll dwar Fra Marjanu il-karattru li kien jinterpreta fis-sensiela Il-Madonna taċ-Ċoqqa li kienet reġġgħet inħadmet wara ħafna snin minn Hermann Bonaci.

X’Sar Minnhom jixxandar illejla fl-10.05pm fuq TVM.