Filmat: X’reġgħet marret tagħmel Michela f’X Factor?

Gżira mimlija storja, kultura, natura u talent. Din il-ġimgħa X Factor Malta qed jitwassal minn Għawdex. Fi kliem Howard stress, wara li s-sena l-oħra skoprew talent moħbi ma setax jonqos li t-tim imur fil-gżira Għawdxija biex iwassal edizzjoni li fiha se naraw l-auditions ta’ dawk li applikaw. Però mhux biss l-Għawdxin qed jagħmlu l-auditions illum peress li kien hemm xi Maltin li ma laħħqux l-auditions.

Sorpriża ħelwa għal min isegwi dan il-programm hija d-dehra li għamlet qabel l-ewwel auditions il-kantanta Michela Pace, rebbieħa tal-ewwel edizzjoni, u li eventwalment irrappreżentat lil Malta fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Chameleon.

Fil-ftit ħin li dehret, Michela qasmet mat-telespettaturi kliem li jużaw l-Għawdxin għal “tħarrek” għal “tiċċaqlaq” kif ukoll il-kelma “gejxa” għal hairband.

Dan huwa l-vjaġġ ta’ Michela fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor li xxandar bejn Ottubru 2019 u Jannar 2019.