Filmat: X’qed jistennew l-MEPs Maltin mingħand Juncker?

Tmien xhur qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju 2019, l-MEPs ser jivvalutaw il-kisbiet tal-Kummissjoni Juncker.

Il-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, huwa mistenni jelenka dak kollu li l-Kummissjoni ħadmet fuqu f’dawn l-erba’ snin u jippreżenta xi trid tikseb il-Kummissjoni fiż-żmien li fadal qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

Il-mexxejja tal-gruppi politiċi, min-naħa tagħhom, ser jivvalutaw x’kisbet il-Kummissjoni u jindikaw xi jridu li l-UE27 tikseb qabel Mejju 2019.

Newsbook.com.mt staqsa lill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant u lill-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Francis Zammit Dimech dwar kif jivvalutaw il-kisbiet tal-Kummissjoni u kif jirrelatawh ma’ Malta. Iż-żewġ MEPs tkellmu dwar il-bżonn li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta pjani ċari għall-immigrazzjoni u Brexit.

Il-kumment tal-MEP Alfred Sant:

Il-kumment tal-MEP Francis Zammit Dimech:

Għada fid-9am, Newsbook.com.mt se jkun qed ixandar LIVE minn Strasburgu d-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.